Wednesday, April 24, 2024

Il-GWU tilqa’ l-investiment fil-Kumpanija De La Rue

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union laqgħet b’sodisfazzjon l-investiment kbir li ġie mħabbar mill-Kumpanija De La Rue. Il-GWU ilha tirrapreżenta lill-ħaddiema ta’ din il-Kumpanija għal dawn l-aħħar 40 sena u f’isem il-ħaddiema iffirmat  diversi ftehimi kollettivi li issarfu f’ benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol mill-aqwa. Il-ħaddiema f’din il-kumpanija llum igawdu fost l-aqwa kundizzjonijiet fil-gżejjer tagħna. Il-filosofija tal-union dejjem tkun li kulħadd joħroġ rebbieħ u kemm l-impjegat u l-kumpanija jimxu ‘l quddiem. Kien ukoll ta’ pjaċir għall-GWU li ħaddiema membri u rappreżentanti tagħha jitkellmu b’ottimiżmu fuq il-futur tagħhom u tal-karrieri tagħhom. Dan l-investiment apparti impjiegi ġodda se jfisser ukoll ambjent tax-xogħol mill-aqwa u li joffri opportunitajiet kbar għall-futur. 

“Huwa ferm apprezzat min-naħa tal-GWU li De La Rue Global temmen fil-ħaddiema Maltin u fil-pajjiż tagħna. Ġranet bħal dawn jimlewna bil-kuraġġ għax il-messaġġ ċar hu li l-fiduċja fil-ħaddiema tagħna wasslet biex pajjiżna jintgħażel minn pajjiżi oħra għall investiment bħal dan,” qalet il-GWU. L-union temmet tgħid li tinsab kommessa li tkompli bil-ħidma tagħha f’isem il-membri tagħha biex iżżomm ir-relazzjonijiet industrijali mal-Kumpanija fl-ogħla livell għall-ġid taż-żewġ partijiet.

Sport