Saturday, May 4, 2024

L-awtoritajiet Messikani jsalvaw 22 migrant li nħatfu f’lukanda

Aqra wkoll

Mat-22 migranti suspettati li nħatfu minn persuni armati f’lukanda fil-Messiku ġew salvati, saħqu l-awtoritajiet tal-pajjiż.

Huma allegatament kienu inħatfu minn irġiel armati li daħlu f’lukanda Sol y Luna fil-belt ċentrali ta’ Matehuala fis-sigħat bikrin tat-Tlieta.

Ġie rrappurtat li l-vittmi, li jinkludu tfal u mara tqila, ħafna minnhom huma mill-Haiti u Kuba. Fl-istess waqt, ġew ukoll allegatament maħtufa 16-il Messikan.

Waqt li l-Messikani ġew meħlusa, il-barranin instabu ħdejn triq kollha ħmieġ f’żona remota. Dawn tal-aħħar bħalissa qed jingħataw assistenza medika.

L-uffiċċju tal-Prosekutur fl-Istat ta’ San Luis Potosa qal li dawk li ħatfu lill-persuni kienu waslu fi tliet SUVs u kkonfiskaw ukoll il-logbook tal-hotel li għamlet it-tfittxija aktar diffiċli. Minkejja dan, l-uffiċjali sabu wħud mill-karti tal-identità tal-vittmi fil-kmamar tagħhom.

L-Avukat Ġenerali tal-Istat Arturo Garza Herrera qal: “Se ninnotifika lill-istitut tal-migrazzjoni sabiex ikunu involuti peress li ma nafux l-istatus migratorju ta’ dawn in-nies.”

Migranti li jidħlu fil-Messiku bit-tama li jaqsmu lejn l-Istati Uniti jistgħu jiffaċċjaw periklu konsiderevoli, minn stupru u qtil sa barunijiet tad-drogi. Uħud jinżammu sakemm il-familji tagħhom iħallsu għar-rilaxx tagħhom. 

Sport