Monday, May 13, 2024

Erbat irġiel oħra arrestati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali li qed jinvestigaw il-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee arrestaw erbat irġiel li l-età tagħhom tvarja bejn id-19 u t-33 sena. Huma ġew arrestati lbieraħ mill-pulizija taħt l-Att dwar it-Terroriżmu.

McKee ta’ 29 sena, sfat maqtula minn tiri sparati waqt li kienu għaddejjin l-irvellijiet f’Londonderry, l-Irlanda ta’ Fuq, lura f’April tal-2019.

B’rabta ma’ dan il-każ, raġel ġie akkużat bil-qtil u ieħor ġie akkużat b’rewwixta u reati simili fil-lejl li nqatlet McKee. 

L-erbat irġiel li ġew arrestati matul il-jum tal-Erbgħa ttieħdu fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Musgrave f’Belfast għal aktar investigazzjoni. 

“Dawn l-arresti huma l-qofol ta’ investigazzjoni dettaljata ta’ sentejn dwar il-qtil ta’ Lyra u l-avvenimenti li seħħew qabel. Il-komunità lokali appoġġjat lill-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq matul il-kors ta’ din l-investigazzjoni u nixtieq nirringrazzjahom tal-appoġġ kontinwu tagħhom,” qal is-Supretendent Jason Murphy.

Sport