Sunday, November 24, 2024

Il-GWU toħroġ direttivi amministrattivi lill-ħaddiema tal-Air Malta

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union ħarġet direttivi amministrattivi lill-impjegati tal-Air Malta wara li l-kumpanija naqset milli twieġeb għat-talba tal-GWU biex tiddiskuti Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema f’kull grad.

F’ittra mibgħuta lil liċ-Chairman David Curmi, il-GWU infurmatu bl-istruzzjonijiet mogħtija lill-membri tagħha biex ma jikkomunikawx permezz tal-internet, mowbajl u telefon matul u wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.

“It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni ppruvat tikkomunika mal-Air Malta għal ġimgħat sħaħ, iżda baqgħet bla ebda risposta. Għalhekk kellha toħroġ dawn id-direttivi amministrattivi,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja.

L-unjin tat ukoll struzzjonijiet lill-membri tagħha biex ma jikkomunikawx ma’ numru ta’ membri tal-maniġment.

“Il-membri huma ordnati wkoll biex ma jwettqux xogħol barra l-working station tagħhom (inkluż vjaġġar fuq xogħol) u ma jwettqux xogħol li mhux imħallas jew kopert mir-rati tas-sahra,” żied jgħid Bugeja.

Id-direttivi se jibqgħu fis-seħħ sa avviż ieħor.

Sport