Friday, May 3, 2024

Il-GWU tordna azzjonijiet industrijali fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa 

Aqra wkoll

Il-General Workers Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi għadha kemm ħarġet direttiva lill-ħaddiema tas-Support Services fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa minħabba nuqqas fil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta’ waqt il-qadi tad-dmirijiet ta’ dawn il-care workers. U dan wara proċeduri ġodda imdaħħla minn Care Malta. 

Il-każ huwa relatat mat-tqassim tal-ikel mingħajr ma saret konsultazzjoni mal-ħaddiema u mar-rapprezentanti tagħhom u mingħajr ma l-kumpanija Support Services ma kienet infurmata. Jirriżulta li fil-metodu l-ġdid kif ordnat mill-managment  ta’ Care Malta, dan se jkun qed ipoġġi fil-periklu sew lill-ħaddiema kif ukoll lir-residenti, speċjalment fejn jidħol tqassim ta’ ikel likwidu jaħraq. 

Qabel waslet għal dawn id-direittivi l-GWU pruvat kemm-il darba tasal għal ftehim mal-managment u saħansitra biex l-affarijiet isiru sew invovliet ukoll lill-OHSA fejn ġiet orgnaizzat laqgħa bejn ir-rapprezentanti tal-managment mill-Ministeru tal-Anzjanita Attiva’, minn Care Malta u Support Services ltd., kif ukoll l-OHSA, il-GWU u l-ħaddiema infushom. Hawn mill-ewwel ħareġ ċar li dak li kienet qed issotni il-GWU kien tajjeb u li fil-fatt kien qed jinħoloq periklu fosthom periklu li r-residenti u l-ħaddiema jistgħu jinstamtu. Preżenti kien hemm ukoll il-Management tas-Support Services li insistew li l-ħaddiema tagħhom ikunu protteti fuq il-post tax-xogħol u li l-klijent tagħhom ma jistax jipperikola is-saħħa tal-ħaddiema.

Għaldaqstant billi s’issa għad m’hemmx żblokk fis-sitwazzjoni u billi għadu ma ġiex ipprovdut ir-rapport mill-Health and Safety Officer tas-Support Services kif ordnat l-OHSA, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi ma kellha l-ebda triq oħra ħlief toħroġ din id-direttiva li se tibqa fis-seħħ sa ma jkun hemm soluzzjoni li tassigura s-sigurta’ tal-ħaddiema u r-residenti.  

Din id-direttiva hija li ma titqassamx soppa jew ikel ieħor likwidu jaħraq sakemm ma tinstab soluzzjoni li tagħti serħan il-moħħ li ħadd ma jkun espost għall-periklu. 

Sport