Wednesday, July 24, 2024

15-il xahar ħabs sospiżi wara li nstab ħati li kellu l-kokaina

Aqra wkoll

Ronald Mallia ta’ 36 sena ġie kkundannat 15-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat €1,000 wara li l-Maġistrat Kevan Azzopardi sabu ħati li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u li kien qed jittraffikha.

Il-Prosekuzzjoni qalet li meta Mallia ġie arrestat kien passiġġier f’karozza ma’ raġel ieħor u l-arrest sar wara li l-pulizija segwehom minn Buġibba sa Paceville. L-akkużat saritlu tifttixja u fuqu nstabu żewġ mobiles, miżien diġitali u anke 4.8grammi ta’ kokaina.

Mallia kkopera mal-pulizija u bis-saħħa tiegħu saru diversi sejbiet oħrajn tad-droga. Hu ammetta li kellu l-vizzju tad-droga u kien ibigħ id-droga kuljum biex isostni l-vizzju tiegħu.

Il-Qorti rat ir-rapport tal-bord li nħatar biex jara jekk l-akkużat hux veru qed jipprova jaqta’ d-droga. Il-Maġistrat innota sinjali pożittivi fir-rapport tant li kien sodisfatt bir-rijabilitazzjoni tal-akkuża.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mis-Supretendent Malcolm Bondin.

Ekonomija

Sport