Saturday, May 4, 2024

Il-Ħadd jibda l-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Marzu, Island Car Club se jibda l-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena.

L-ewwel rawnd ser isir fil-limiti tal-Imtahleb fir-Rabat. Aktar minn 60 Karozza se jipparteċipaw f’diversi klassijiet u gruppi, minn karozzi regolari tat-triq sa karozzi klassiċi sa karozzi mibnija apposta  għal dan it-tip ta sport.

Id-dilettanti tal-isport tal-karozzi, u l-pubbliku inġenerali huma mistiedna jsegwu t-tiġrijiet fl-Imtahleb f’żoni magħżula minħabba mizuri ta’ sigurtà.

Dawk interessati f’dan l-isport, anke fil-klassi street-legal, iridu jikkuntattjaw Island Car Club.

Il-kampjonat qed jittella’ bis-sapport ta England Insurance, The Point, Me Direct, Enemed u ohrajn.

Sport