Saturday, May 4, 2024

Isir rawnd ieħor tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt 24, u l-Ħadd 25 ta’ Frar rajna rawnd ieħor tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fil-Korsa La Reve f’Ħal Far. Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation qed jorganizzaw il-kampjonat.

Zara Vella Gauci rebħet id-Dayrace entry Level u kienet segwita minn Aiden Borg u Luca Camilleri. Nathan Fenech rebaħ id-Dayrace Mini u kien segwit minn Sebastian Grima

Jake Jordan Micallef rebaħ ir-Rotax Micro u kien segwit minn Andrei Fenech u Yan Camilleri. Zack Scicluna rebaħ il-Klassi Mini GR3 u kien segwit minn Cody Darmanin u Alex Vassallo filwaqt li Luca Tanti rebaħ il-Klassi Junior Iame X30 u kien segwit minn Delcine Galea u Daniel Abela.

Kenneth Vella rebaħ l-Iame X30 Masters u kien segwit minn Noel Farrugia u Brandon Agius Zammit. Ryan Borg rebaħ il-Vortex RokGP Senior Class, segwit minn Claude Brincat u Micah Scicluna. Joseph Mifsud rebaħ il-Vortex RokGP Master Class u kien segwit minn Charlon Mifsud u Glenn Vassallo.

Clayton Mizzi rebaħ il-Klassi Rotax, segwit minn Timothy Zarb u Jake Pace. Kyle Micallef rebaħ il-Klassi Senior Iame X30, segwit minn Kian Gauci u Mark Borg.

Ir-rawnd li jmiss huwa skedat għas-Sibt 15 u l-Ħadd 16 ta’ Marzu.

Sport