Saturday, December 21, 2024

Il-ħaddiem mill-Gambja hu missier ta’ ħamest itfal… deskritt bħala “dħuli ħafna”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħaddiem mill-Gambja li miet traġikment nhar it-Tlieta f’Ħas-Saptan hu missier ta’ ħamest itfal. Fi kliem wieħed minn sħabu li qed jieħu ħsieb jinforma lil familtu dwar din id-diżgrazzja, kien “persuna dħuli ħafna”. Jispjegalna li Amadou Sawaneh  li kellu 46 sena kien minn Badibu Keriwan fil-Gambja u bħal oħrajn kien iddeċieda li jitlaq għal għonq it-triq biex jaħraq is-sitwazzjoni diffiċli f’pajjiżu. Hu fil-fatt wasal f’pajjiżna wara li kien salvat. Kemm martu u kemm uliedu jinsabu l-Gambja.

Il-ħaddiem tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni f’wieħed mit-tankijiet li hemm fl-impjant tal-fjuwil f’Ħas-Saptan li jinsab f’Ħal Għaxaq. Dettaji li ġbarna minn fuq il-post irriżulta li hu miet wara li nqabad bejn il-kabina taċ-cherry picker u s-saqaf tat-tank. Il-ħaddiema ma jaħdimx mal-kumpanija Enemed iżda ma’ kuntrattur privat.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

L-OHSA qalet li bdiet l-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ. Qalet li peress li l-investigazzjoni għadha għaddejja, għalissa ma tistax tagħmel aktar kummenti dwar il-każ.

Ekonomija

Sport