Monday, April 15, 2024

Jiġu salvati żewġt itrabi qalb it-tifrik li kkawżaw it-trombi tal-arja ġewwa Kentucky

Aqra wkoll

Qalb it-tifrik li ħallew it-trombi tal-arja, li aktar kmieni dan ix-xahar laqtu l-istat ta’ Kentucky, b’xorti t-tajba ġew salvati żewġt itrabi.

Fl-aħħar sigħat ġew ippubblikati l-filmati ta’ salvataġġ ta’ dawn iċ-ċkejknin, Karen ta’ 15-il xahar u Dallas ta’ tliet xhur, li b’xorti t-tajba nstabu qawwija u sħiħa.

In-nanna tagħhom poġġiethom ġewwa banju mgħottija bi gverta u b’bibja maġenbhom.

It-trabi reġgħu ngħaqdu man-nanna tagħhom, qabel ma’ ttieħdu l-isptar.

Kawża ta’ dawn it-trombi tal-arja tilfu ħajjithom mill-inqas 76 persuna u fil-fatt il-gvernatur ta’ Kentucky qal li dan kien l-iktar avveniment devastanti fl-istorja ta’ dan l-istat hekk kif kull fejn laqtu t-trombi dawn ma ħallew xejn warajhom ħlief ħerba.

Ekonomija

Sport