Saturday, May 18, 2024

Il-ħaddiema tat-transport pubbliku fil-Ġermanja b’talba għal titjib fil-pagi 

Mistenni wieħed mill-ikbar strajks fil-Ġermanja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-maġġorparti tal-poplu Ġermaniż mistenni jesperjenza inkonvenjent mis-servizz tat-transport pubbliku. Dan hekk kif tnejn mill-akbar unjins tal-pajjiż, EVG u Verdi, ħabbru li l-ħaddiema tat-trasport pubbliku beħsiebhom jistrajkjaw. 

L-unjins qalu li r-raġuni għal dan hija sabiex tintalab żieda fil-pagi tal-ħaddiema membri biex ikunu jistgħu jkopru ż-żieda fl-għoli tal-ħajja fil-Ġermanja.

Verdi hija unjin li tirrappreżenta madwar 2.5 miljun impjegat tas-settur pubbliku, inkluż il-ħaddiema fis-settur tat-trasport pubbliku u ta’ dawk fl-ajruporti. Dan filwaqt li l-unjin EVG tirrappreżenta madwar 230,000 impjegat/a fid-Deutsche Bahn — l-Operatur tal-Ferrovija Nazzjonali fil-Ġermanja u kumpaniji oħra tal-karozzi tal-linja.

Iż-żewġ unjins qegħdin jittamaw li dawn l-istrajks jirnexxilhom joħolqu iżjed pressjoni fuq min iħaddem. F’wieħed mill-kummenti tiegħu, il-Kap tal-Unjin Verdi, Frank Werneke, qal li r-residenti fil-pajjiż minbarra li mhux qed jiġu mħallsa paga “xierqa” meta wieħed jikkunsidra l-għoli tal-ħajja, l-istess persuni qegħdin jagħmlu s-sahra mingħajr ħlas. Għaldaqstant, l-istess unjin tixtieq li jkun hemm żieda ta’ 10.5% fuq il-paga attwali tal-ħaddiema f’dawn is-setturi elenkati hawn fuq, filwaqt li l-unjin l-oħra qed titlob żieda ta’ 12%.

L-Operatur tal-Ferrovija Nazzjonali fil-Ġermanja, Deutsche Bahn, ikkundanna dawn il-pjanijiet ta’ strajks u ddiskrivieh bħala “azzjoni drastika, bla bażi u bla ħtieġa”; din id-deċiżjoni ser tkun qiegħda taffettwa madwar 400,000 passiġġier/a bl-ajru.

Huma osservaw kif matul dawn l-aħħar xhur saru sensiela ta’ strajks li ħallew impatt negattiv fuq l-ekonomija Ġermaniża hekk kif. Iż-żewġ unjins ilhom jippjanaw dan l-istrajk fuq livell “nazzjonali” minn nhar il-Ħamis li għadda.

Sport