Id-dramm Sebastjan – Suldat ta’ Ruma, Qaddej ta’ Kristu, huwa bbażat fuq il-ħajja ta’ San Sebastjan u nkiteb fl-okkażjoni tad-90 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi. Imqassam f’żewġ atti, id-dramm mhux biss jirrakkonta l-ġrajja storika tal-qaddis, iżda jwassal ukoll messaġġ qawwi ta’ tama, kuraġġ u fedeltà lejn Alla.
Id-dramm se jittella’ nhar il-Ġimgħa 16 u s-Sibt 17 ta’ Ottubru 2026, fit-8:00 ta’ filgħaxija, fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan, Ħal Qormi.
Il-kitba u d-direzzjoni huma ta’ Shaun Formosa u l-produzzjoni qed tittella’ mid-Drama Group San Sebastjan u l-Parroċċa ta’ San Sebastjan, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
Għall-biljetti u aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numru: 7909 2963.
