Sunday, December 22, 2024

Il-Ħamas mhux se teħles iktar  ostaġġi sakemm tintemm il-gwerra

Aqra wkoll

Meta fis-7 ta’ Ottubru li għadda, il-Ħamas wettqu l-attakki bil-missili fuq Iżrael,  li wasslu għal ritaljazzjoni militari aggressiva minn Iżrael, il-Ħamas kienu ħatfu madwar 240 ostaġġi minn diversi żoni. 

Riċentament, il-mlitanti tal-Ħamas iddikjaraw li m’humiex se jeħilsu aktar ostaġġi sakemm iddum għaddejja l-gwerra ta’ bħalissa bejnhom u l-milkitar Iżraelit. Bħalissa fil-Kajr fl-Eġittu rappreżentant mill-Iżrael u miill-Hamas qed jiltaqgħu bil-għan li jitnlaħaq ftehim bejniethom. 

F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, uffiċjal tal-Ħamas qal li l-waqfien mill-ġlied fl-Istrixxa ta’ Gaża huwa kruċjali għal negozjar serju dwar l-ostaġġi li għadhom miżmuma. 

Ripetutament, l-Iżrael irrifjuta kwalunkwe proposta bħal din, bil-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyah jtenni li huma qed jiġġieldu sar-rebħa u mhux se jwaqqfu l-gwerra, qabel ma’ jilħqu l-għanijiet kollha taggħhom.

Netanyahu ġie kkwotat jgħid li kien qed jagħti lill-Ħamas għażla sempliċi ħafna, dik li jċedu l-armi.  Netanyahu ħalef li jeqred lill-Ħamas, u li se jaħdem bis-setgħa kollha tiegħu biex jiżgura li Gaża ma tibqax theddida għall-Iżrael.

Ekonomija

Sport