Friday, May 3, 2024

Il-ħames persuna infettata tmut kawża tal-Covid-19, 2 każijiet ġodda u 4 jfiqu

Aqra wkoll

Żewġ każijiet pożittivi

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci bdiet l-aġġornament ta’ kuljum tagħha b’aħbar kerha. Sfortunatament kien hemm Malti ta’ 81 sena li kien qiegħed jiġi rikoverat f’Karin Grech, huwa miet ilbieraħ filgħaxija u minn testijiet li sarulu rriżulta pożittv għall-Covid-19. Bħalissa għaddejjin testijiet fuq il-pazjenti li kienu fl-istess sala u persuni oħra li kellhom kuntatt.

It-tieni raġel li rriżulta pożittiv huwa Malti ta’ 44 sena li fit-3 ta’ Mejju beda bis-sintomi. Huwa ma kienx qiegħed imur għax-xogħol u l-awtoritajiet għaddejjin b’contact tracing fil-familja tiegħu.

Erba’ persuni jfiqu

Gauci ħabbret li kien hemm erbgħa persuni li fiequ minn dan il-virus u b’hekk dawk il-każijiet attivi issa komplew jonqsu.

Hija żiedet tgħid li wieħed jista’ jinnota li n-numru ta’ persuni infettati qed jibqa’ baxx, u kien għalhekk li l-awtoritajiet għażlu li jibdew jirrilaxxaw bil-mod il-miżuri.

“Nilbsu l-maskri u nżommu d-distanza soċjali biex nipproteġu lil xulxin” 

Charmaine Gauci

Rigward il-maskri hija qalet li dawn jirrikjedu sens ta’ responsabbilità għax kull persuna li tilbes il-maskra se tkun qiegħda tipproteġi lil persuna viċin tagħha u b’hekk jekk kulħadd ikun responsabbli se nkunu qed nipproteġu lil xulxin.

Fejn jidħlu multi, Gauci qalet li l-iskop tal-awtoritajiet huwa li jedukaw lill-poplu biex ikun jaf għalxiex qed jingħataw tali struzzjonijiet fosthom l-ilbies tal-maskra u li tinżamm id-distanza bejn persuna u oħra biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trasmissjoni.

Sport