Meta ffaċċjata b’dawn l-isfidi, il-Korporazzjoni u l-ħaddiema tagħha raw kif joperaw aħjar. Intensifikaw kampanja biex l-ilma prodott jasal għand in-nies b’inqas telf u b’iżjed effiċjenza. Il-ħela tal-ilma tnaqqas b’iżjed minn 3% f’sena waħda. Ħidma kordinata li tat prijorità lil żoni li kienu qed jesperjenzaw telf sostanzjali u bdiet ħidma biex jissaħħu l-istrutturi u bdiet ħidma biex jitjiebu u jissaħħu infrastrutturi tal-Korporazzjoni ħalli jkun minimizzat dan it-telf.
Il-Ministru Dalli qalet li hemm iżjed x’isir u għalhekk qed jimxu mal-pjan ta’ ħidma tal-Korporazzjoni li issa daħal fit-tieni sena tiegħu. “Pjan li diġà twettaq aktar minn nofsu. Aktar minn 100 inizjattiva. Dawn huma proġetti intiżi biex isaħħu l-ħidma tal-Korporazjoni u jtejbu dak li tagħmel.
“Dan hu pjan ta’ ħidma li jpoġġi lil klijent fiċ-ċentru ta’ dak kollu li jagħmlu servizz aħjar li jrendi, li joħloq valur. Qed nitkellmu dwar 19-il proġett magħluqa, 28 proġett fi stadju avvanzat ta’ tlestija u oħrajn li qed issir ħidma fuqhom. Proġetti li qed jinħadmu grazzi għal fondi nazzjonali u Ewropej li se jkomplu jagħmlu differenza,” qalet il-Ministru Dalli.
Hija semmiet ukoll kif is-sena 2021 rat il-bidu tal-produzzjoni tal-ilma fl-ewwel impjant tar-reverse osmosis f’Għawdex u t-tkomplija tat-tħaffir ta’ proġett ieħor maġġuri – mina li se tgħaqqad l-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke mal-imħażen tal-ilma f’Ta’ Qali.