Tuesday, May 14, 2024

“Il-ħelsien tad-Donbas hi prijorità bla kundizzjoni”

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov

Aqra wkoll

Għar-Russjail-ħelsien tad-Donabs” – fil-Lvant tal-Ukrajna – hija “prijorità bla kundizzjoni” għar-Russja. Qal dan il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov f’intervista li kellu fl-aħħar sigħat. 

Waqt din l-intervista, Lavrov kompla jiddefendi l-operazzjoni militari li r-Russja bdiet ġewwa l-Ukrajna tliet xhur ilu, fejn hu qal li din hija intiża biex “tiddemilitarizza” lill-ġar tagħhom. Huwa saħansitra reġa’ rrepeta l-istarrija tal-Kremin – li kienet redikolata minn bosta – li r-Russja qiegħda tiġġieled kontra “reġim neo-Nażista”. 

Apparti hekk, huwa ċaħad kull spekulazzjoni li l-President Russu Vladimir Putin jinsab ma jiflaħx. Putin, li ddomina l-politika Russa għal dawn l-aħħar żewġ deċenji, se jkun qiegħed jagħlaq 70 sena f’Ottubru li ġej. Waqt l-intervista fuq TF1, Lavrov qal li l-President Putin reġolarment jidher fil-midja u qal li huwa evidenti li Putin mhu qiegħed isofri mill-ebda mard jew kundizzjoni. 

Meta mistoqsi dwar it-telf ta’ ħajjiet ta’ persuni innoċenti kawża tal-attakki devastanti tal-artillera u rokits fuq żoni urbani, Lavrov insista li s-suldati Russi jinsabu “taħt ordnijiet stretti speċifikament biex jevitaw attakki fuq infrastruttura ċivili.”

Minkejja dan, skont in-Nazz­jonijiet Uniti minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar, minn qal inqas 4,031 persuna ċivili tilfu ħajjithom. Apparti hekk, in-numru ta’ suldati li mietu mhux magħruf. Kien hemm iktar ukoll minn 14-il miljun persuna li kellhom jitilqu mill-bliet tagħhom hekk kif dawn sfaw imfarrkin totalment. 

Fil-preżent, il-ġlied jinsab ikkonċentrat fuq id-Donbas, li hu magħmul mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk. 

Sport