Friday, July 19, 2024

Il-ħidma u l-konsistenza jwassluk sa fejn trid int – Julian Naudi – (il-kowċ il-ġdid ta’ Depiro tal-basketball tan-nisa)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-basketball?

Missieri kien parti mill-kumitat tal-klabb tal-Athleta u wara li bdejt nilghab ftit basketball l-iskola u s-Sależjani kien ħadni ma’ tim ftit ikbar minni għax kellhom bżonn plejer. U hemm ħadt pjaċir ħafna u ridt inkompli.  

Kif qed tħares lejn ir rwol ġdid tieghek bħala kowċ tat-tim tan-nisa ta’ Depiro?

Dis-sena nħoss li rrid nkompli nibni fuq li għamel dan it-tim fl-istaġun li għadda, niggwidahom b’xi ideat ġodda u nipprova nimmotivahom u nżommhom iffukati fuq l-għan tagħna.

Taħseb li għandkom tim b’saħħtu biżżejjed biex tirbħu l-kampjonat?

Iva, żgur. Nemmen li għandna tim komplut u jekk naħdmu tajjeb flimkien nistgħu nirbħu l-unuri.

Hemm ippjanati xi akkwisti ta’ plejers ġodda fil jiem u l ġimghat li ġejjin?

Le, apparti l-barranija l-ġdida li diġá għandna, se nibqgħu bl-istess tim għalissa.

Taqbel mieghi li l livell Tal kampjonat tan Nisa zdied ferm matul dawn l ahhar snin?

Ħa ngħidlek, veru li issa għandna plejers tajbin ħafna f’kull tim tal-kampjonat, imma niftakar anke fi żmien li kont nilgħab jien kien hemm ħafna plejers b’talent ukoll. Fil-fatt fl-2003 kienu rebħu l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar in-nisa Maltin.

Bħala riżorsi fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob tagħkom, dawn kif tiddeskrivihom?

Apparti li għandna l-court tagħna l-Imfarfa, nużaw ukoll l-courts tat-taħriġ ta’ Ta’ Qali kif ukoll ġewwa l-iskola San Andrea li huma kollha courts tajbin. Ovvjament, għal-logħob, nilagħbu fil-court ewlieni ta’ Ta’ Qali li naħseb issa huwa ta’ livell għoli bħala Padiljun tal-isport.

Għaddi messaġġ lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil basketball. Sibu l-passjoni tagħkom jekk hix bħala plejer jew forsi xi rwol ieħor u aħdmu għaliha. It-talent iwasslek sa punt, imma l-ħidma u l-konsistenza jwassluk sa fejn trid int!

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport