Monday, July 15, 2024

Beppe Grillo magħżul għal Team Malta f’Pariġi 2024

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar l-għażla Beppe Grillo li se jingħaqad mal-kontinġent Malti għal-Logħob tal-XXXIII Olimpijadi f’Pariġi, skedati mis-26 ta’ Lulju sal-11 ta’ Awwissu.

L-atleta Beppe Grillo kien qed juri wkoll il-ħila tiegħu, notevolment fil-Kampjonati tal-Balkani li saru dan l-aħħar f’Izmir, fejn kiser ir-rekord nazzjonali ta’ Malta tal-100m wara kważi għaxar snin. Grillo rreġistra ħin ta’ 10.23 sekondi biex spiċċa fit-tielet post, kiseb midalja tal-bronż għal Malta u stabbilixxa record nazzjonali ġdid.

Grillo se jingħaqad mat-tiratur Gianluca Chetcuti u l-judoka Katryna Esposito, li l-għażla tħabbret aktar kmieni dan ix-xahar.

L-atleti ta’ Team Malta ġew magħżula permezz tal-programm Universality Places, li huwa assenjat mill-Kummissjoni Tripartita tal-Logħob Olimpiku.  Il-kriterji tal-għażla kienu jinkludu l-esperjenza kompetittiva internazzjonali tal-atleti, il-livell tekniku, u l-impenn li jikkwalifikaw għal-Logħob Olimpiku billi jipparteċipaw fl-avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni rilevanti.

Il-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Malti f’Pariġi huwa appoġġjat minn Olympic Solidarity u APS Bank.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport