Thursday, April 18, 2024

Il-holders Liverpool jikkwalifikaw għar-raba’ round tal-FA Cup

Aqra wkoll

Il-holders Liverpool ikkwalifikaw għar-raba’ round tal-FA Cup meta fir-replay tat-tielet round marru għand Wolves u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0.

L-uniku goal wasal, fit-13-il minuta, minn Harvey Elliot b’xutt minn  barra l-kaxxa biex issa jmorru jilagħbu għand Brighton li fi tmiem il-ġimgħa li għadda dawn tal-aħħar għelbu lill-istess Reds bl-iskor ta’ 3-0.  

Fit-tieni taqsima, Wolves ippressaw biex jiksbu l-goal tad-draw iżda Liverpool ikkontrollaw kull sitwazzjoni biex ibbukkjaw il-laqgħba mas-Seagulls għal nhar il-Ħadd, 29 ta’ Jannar.

Il-coach Jurgen Klopp esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din ir-rebħa fejn qal;” 

“Qed inħoss li ilna ma jkollna din is-sensazzjoni ta’ rebħ fejn lgħabna tajjeb. 

“Kellna niġġieldu ħafna fl-aħħar iżda kkontrollajna l-logħba għal perjodi twal. Għamilna reazzjoni pożittiva wara t-telfa kontra Brighton..”

Ir-rebħa tat-Tlieta kien it-tielet ta’ Liverpool minn meta reġa’ beda l-football domestiku wara t-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar.

Telfa ta’ 3-2 fit-Tazza tal-League f’Manchester City fit-22 ta’ Diċembru kienet segwita minn rebħiet missielta kontra Aston Villa u Leicester fil-Premier League, qabel telfiet umiljanti kontra Brentford u Brighton u draw ta’ 2-2 mal-Wolves f’Anfield.

Min-naħa ta’ Wolves, it-titjib taħt Julen Lopetegui kien ċar li wieħed jara iżda naqas li jimpenja serjament il-lasti ta’ Caoimhin Kelleher sa tard, meta Ruben Neves, Raul Jimenez u Matheus Cunha marru kollha viċin il-goal tad-draw.

Ekonomija

Sport