Wednesday, March 27, 2024

Il-Wu Shu Ky kickboxing club fl-aqwa tiegħu

Aqra wkoll

Min u fejn jinsab il-Wu Shu Ky kickboxing club? Kemm ilu jeżisti f’pajjiżna? Min kien il-fundatur ta’ dan il-klabb?

Ħafna nies li qegħdin fil-qasam tal-arti marzjali darba jew oħra semgħu bih. Master Silvio Camilleri waqqaf dan il-klabb madwar 35 sena ilu u llum jinsab ġewwa l-Mosta. Huwa klabb armat, b’nies dedikati u kowċis imħarrġa minn Sivio nnifsu.  Master Dale Hamilton ħa over ir- responsabbiltá tal-WUMA, li hija l-federazzjoni internazjonali fejn il-klabb WSK huwa affiljat għal aktar minn 25 sena. F’pajjiżna ukoll hu membru sħiħ mal-entitá Maltija, SportMalta.

Tul dawn l-aħħar seba’ snin, it-tmexxija tal-klabb għaddiet f’idejn l-instructor Alan Borg li kien ilu ma’ Master Silvio snin twal. Il-klabb kompla evolva u jtella’ attivitajiet kontinwi bħal training camps, parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet kemm lokali kif ukoll barra min xtutna u sessjonjiet ta’ tagħlim għat-tfal ta’ bejn is-sitt snin u t-12-il sena. L-ambjent ta’ familja ġewwa dan il-klabb jispikka fejn anke l-ġenituri jħossuhom komdi u rashom mistrieħa jibagħtu lil uliedhom.

Alan Borg stqarr li: “F’isem il-klabb, dejjem konna ta’ spalla mal-volontarjat, norganizzaw attivitajiet għall-karitá fejn il-klabb WSK l-għan tiegħu mhuwiex x’se jdaħħal, imma li nħeġġu l- involviment taċ-ċittadini Maltin għal attivitá fiżika, kontra l-obeżitá u norganizzaw avvenimenti fejn id-dħul tad-donazzjonijet imur għal nies bi bżonnijiet speċjali.”

“Kemm f’Marzu kif ukoll f’April li għadda, il-klabb għamel stedina lill-klabbs barranin li jaqgħu taħt il-federazzjoni fejn qegħdin norganizzawlhom training camp li jinkludi tours kulturali ta’ pajjiżna.” 

“Pajjiżi Asjatiċi urew interess li jiġu u jipparteċipaw fosthom l-iskwadra Indjana. Nixtieq nirringrazzja lill-boxer professjonali Malti Steve Martin, li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, li offra l-għajnuna tiegħu fit-taħriġ fiż-żewġ training camps. L-għan prinċipali huwa li nagħtu għajnuna lit-tifla Maltija Kate Ferriggi – https://www.facebook.com/KateFerriggi

“Grazzi wkoll tmur lil VisitMalta li dejjem joffrulna affarijiet relatati mat-turiżmu Malti. Nixtieq nieħu spunt li nirringrazzja ukoll lill-Ministru tat-Turiżmu, l-Omorevoli Clayton Bartolo, li vera ssibu ta’ spalla biex nippromwovu t-turiżmu sportiv, fejn fl-istess ħin l-atleti Maltin jieħdu l-esperjenza waqt it-training camps.”       

Ekonomija

Sport