Friday, October 4, 2024

“Il-ħolma tiegħi tibqa’ li ma niddependu fuq ħadd biex nitimgħu lill-poplu”

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, waqt id-diskussjoni tal-estimi finanzjarji allokati għall-Ministeru tal-Agrikoltura, il-Biedja u s-Sajd, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li hemm bżonn li dawn is-setturi jinġiebu fuq saqajhom darba għal dejjem u nibdew nattiraw kwantità sostanzjali ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda żgħażagħ. 

Huwa sostna li sfortunatament l-ammont ta’ żgħażagħ li qed jidħlu f’dan is-settur huwa ftit wisq u dan għal diversi raġunijiet fosthom sfidi kbar finazjarji u nuqqas ta’ qligħ. Bezzina kompla biex jgħid li hemm raġunijiet li jiddependu mill-Ministeru imma hemm oħrajn li ma jaqgħux taħt ir-remit ta’ dan il-Ministeru.

“U għalhekk kif ili ngħid hemm bżonn li dak kollu relatat ma’ dan is-settur irid ikun taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sajd għax b’hekk biss nistgħu nifhmuhom u forsi nagħmlu dak il-pass li daw is-setturi nistgħu mexxuhom ‘il quddiem”, kompla Bezzina.

Huwa tenna jgħid li l-ħolma tiegħu tibqa’ li xi darba, illum qabel għada, u kieku jista’ diġà saret, pajjiżna ma jiddependix iżjed fuq ħadd biex jitma’ lill-poplu tagħna. 

“Dejjem ħarist li f’dan is-settur ma nagħmilx minnu ballun politiku.  Imma nemmen li għandna nkunu qed nipprovdu l-ikel kollu li l-poplu għandu bżonn biex jgħix f’pajjiżna stess”, sostna d-Deputat Nazzjonalista.

Sport