Saturday, May 18, 2024

Suldati Iżraeljani jidħlu fl-akbar sptar f’Gaza

…..Iżrael jgħid li twasslu inkubaturi u provvisti

Aqra wkoll

Suldati Iżraeljani fl-aħħar sigħat daħlu fl-akbar sptar f’Gaża, l-Al Shifa, u bdew ifittxu fil-kmamar u fis-sali ta’ dan l-isptar. Dan sar wara assedju sħiħ madwar l-istess sptar fejn Iżrael kien qed jgħid li ġellieda tal-Ħamas kienu qegħdin imexxu l-operat tagħhom minn mini taħt l-istess sptar. Minn naħa tagħhom il-Ħamas ċaħdu dan. 

Għal ħafna ħin id-dinja kienet qiegħda tħares b’attenzjoni lejn x’se jkun l-eżitu ta’ dan l-attakk fuq il-pażjenti rikoverati f’dan l-isptar.

Uffiċjali f’Gaża qalu li diversi pazjenti fosthom tlett itrabi mietu fl-aħħar jiem wara li suldati Iżraeljani dawru l-isptar. 

Iżrael minn naħa tiegħu qal li qabel is-suldati daħlu fl-isptar kien hemm konfront ma’ ġellieda tal-Ħamas, li finalment spiċċaw maqtulin. Kelliem għal militar ta’ Iżrael qal li “nistgħu nikkonfermaw li inkubaturi, ikel tat-trabi u mediċini twasslu minn tankijiet Iżraeljani sa dan l-isptar.

Wieħed mill-professuri li jaħdem f’dan l-isptar iddikjara li waqt li kien għaddej il-ġlied il-membri tal-staff spiċċaw jistaħbew.

Sport