Saturday, December 21, 2024

“Il-housing qed ikun ta’ tħassib għall-familji Maltin u Għawdxin”

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-ħtieġa ta’ housing soċjali jinbet anke minn għeruq ta’ sfidi oħra u mhux biżżejjed li familja tingħata biss saqaf fuq rasha. 

Filwaqt li nnota kif mat-80% tal-Maltin huma sidien ta’ darhom, Bartolo qal li ma rridux ninsew l-20% l-oħra. “Ejja dak it-80% ngħolluh. Ngħolluh permezz ta’ miżuri li l-Gvern jista’ jagħmel.”

Huwa tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ lifts fi blokok ta’ appartamenti u qal li din hi problema għal xi wħud speċjalment għal dawk li għandhom sfida kbira ta’ saħħa fost oħrajn l-anzjani. “Tajjeb nieħdu ħsieb din il-kwistjoni għal dawk li jsibuha diffiċli biex joħorġu minn darhom.”

Bartolo semma wkoll kif minn stħarriġ li sar irriżulta li wara l-kwistjoni tal-barranin f’Malta, il-housing qed ikun l-akbar tħassib għall-familji Maltin u Għawdxin. Qal li min-naħa l-oħra f’Għawdex l-akbar problema jidher li hi l-immigrazzjoni segwita mill-housing.

Ekonomija

Sport