Thursday, May 15, 2025

Il-Hyrox joffrilek aktar minn karriera … joffrilek stil ta’ ħajja, ibbażata fuq impenn, kura peronali u sfida kontinwa – Mark Camilleri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hyrox?

Xi sena ilu waqaft mill-futbol u xtaqt sfida ġdida u differenti. Xtaqt nagħmel xi ħaġa barra minn dak li kont imdorri. Kont diġá nsegwi lil ħafna minn sħabi f’kompetizzjonijiet differenti kemm Malta kif ukoll barra mill-pajjiż, u dawn inspirawni biex nibda dan l-isport.

            X’unuri maġġuri ksibt s’issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Ilni nittrenja dan l-isport għal dawn l-aħħar sitt xhur. S’ issa għamilt tlitt itlielaq barra minn Malta, waħda Franza u tnejn il-Polonja u nħossni tajjeb li s’issa dejjem irnexxieli ntejjeb il-ħin personali tiegħi.

            Kif tqis il-livell tal-hyrox f’pajjiżna fil-preżent ?

F’dawn l-aħħar sentejn il-livell tjieb ħafna, tant li atleti Malti irnexxielhom jiksbu ħinijiet tajbin ħafna tant li kisbu podiums f’komptezijjonijiet internazzjonali. Qed jiżdiedu l-atleti Maltin li jipprattikaw il-Hyrox, kemm individwali kif ukoll fid-doubles. Bosta gyms lokalment bdew jinkludu sessjonijiet ta’ ‘hyrox style training’ u ‘work-out’ funzjonali simili.

            U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Fil-preżent ftit huma l-gyms f’pajjiżna attrezzati għall-hyrox, peró b’dan l-isport li qiegħed dejjem jikber ħafna gyms qed iħossu l-bżonn li jkomplu jinvestu f’apparat addattat.

            Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-hyrox?

L-għan tiegħi fil-preżent hu li nkompli ntejjeb l-ħinijiet personali tiegħi. Fil-futur qrib nixtieq nikkompeti għal Malta.

            Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-hyrox.

Il-Hyrox joffrilek aktar minn karriera … joffrilek stil ta’ ħajja, ibbażata fuq impenn, kura peronali u sfida kontinwa. Huwa spazju fejn tista’ tikber, tgħin lil ħaddieħor jilħaq l- għanijiet tiegħu u tkun parti minn komunitá li timbotta ‘l quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport