Sunday, November 24, 2024

Il-kaċċa għall-gamiem u s-summien se tiftaħ dan ix-xahar

Aqra wkoll

Il-kaċċa għall-gamiem u s-summien se tiftaħ dan ix-xahar bħalma seħħ is-sena li għaddiet.

Kienet il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li qalet li f’laqgħa tal-Kumitat Ornis, il-kumitat ivvota favur proposta mressqa mill-federazzjoni biex tkun tista’ ssir kaċċa għall-gamiem u s-summien kif sar is-sena li għaddiet.

Dan ifisser li l-kaċċa għas-summien se tiftaħ mill-10 sat-30 t’April filwaqt li l-kaċċa għall-gamiem se tiftaħ mis-17 sat-30 t’April, iż-żewġ ġranet inklużi għaż-żewġ staġunijiet.

Wara li ttieħed dann il-vot, il-proposta ġiet irrakkomandata lill-Ministru biex ikun jista’ japplika deroga mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala tal-“Għasafar”. B’dan il-mod tkun permess li ssir kaċċa għall-gamiem u s-summien fl-istaġun tar-Rebbiegħa kif sar is-sena li għaddiet.

Il-Federazzjoni tgħid li l-kumitat Ornis qabel li l-ħinijiet tal-kaċċa għandhom jibdew minn sagħtejn qabel tluqgħ ix-xemx sa nofsinhar ta’ kull ġurnata meta jkun miftuħ l-istaġun u l-kwoti nazzjonali tal-qbid ukoll se jibqgħu bħal dawk tas-sena l-oħra, jiġifieri ta’ 2400 għas-summien u ta’ 1500 għall-gamiem.

Sport