Monday, May 13, 2024

Temperatura ogħla mill-medja fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Diversi siti tat-tbassir tat-temp qegħdin jgħidu li l-istaġun tax-xitwa jidher li se jintemm ferm aktar kmieni mis-soltu.

Dan hekk kif żona ta’ pressjoni semi-permanenti sinonima mas-sajf jidher li qed terfa rasha fl-Afrika ta’ Fuq. Dan kollu se jestendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterra fil-jiem li ġejjin biex b’hekk it-temperatura tkompli tgħola.

Filfatt, il-mapep fit-tul qed jindikaw temperaturi ogħla mill-medja u nixfa għal ġimgħat li ġejjin. Se jkollna jiem twal xemxin u anqas riħ minn normal ukoll. Ma jidher li se jkollna l-ebda xita sinifikanti mifruxa fil-futur qrib.

Sport