Saturday, December 14, 2024

Il-kampanja ClimateOn b’azzjonijiet favur ħajja aktar sostenibbli 

Aqra wkoll

“Il-kampanja ‘ClimateOn 2022′ se sservi ta’ pjattaforma sabiex inħeġġu l-azzjoni u l-bidla biex nimxu lejn enerġija rinovabbli u sabiex ngħixu ħajja sostenibbli”. Stqarret dan il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, waqt konferenza tal-aħbarijiet. It-temi magħżulin għal din is-sena huma l-użu sostenibbli tal-enerġija, mobilità sostenibbli u finanzjament sostenibbli.

Hija qalet li l-enfasi ta’ dil-kampanja hija fuq il-bidla immedjata; permezz tal-“ClimateOn” se nkunu qed noħolqu kuxjenza sabiex kumpaniji, negozji, familji, żgħażagħ u studenti jadottaw prattiċi favur il-klima bil-għan li jitnaqqsu l-mitigazzjonijiet tat-tibdil fil-klima. It-tibdil fil-klima qed iħalli effetti ħżiena kemm fuqna l-bnedmin kif ukoll fuq l-ambjent, b’żieda fuq it-temperaturi globali. Barra minn hekk qed iwassal għall-għoli fil-livell tal-baħar madwar il-Gżejjer Maltin.

Il-Ministru Dalli fakkret li Malta flimkien mal-Unjoni Ewropea kkommettiet għall-mira ambizzjuża biex kollettivament jitnaqqsu l-emissjonijiet b’55%. Hija semmiet li bħal daż-żmien pajjiżna nieda l-“Low Carbon Development Strategy” sabiex il-pajjiż ikun jista’ jnaqqas it-tniġġis fl-arja.

Il-Ministru Dalli temmet id-diskors tagħha billi saħqet fuq il-ħtieġa li jkollna edukazzjoni aħjar dwar it-tibdil fil-klima u sabiex kulħadd jagħti sehmu.

Ekonomija

Sport