Tuesday, April 30, 2024

Il-Kampjonati Nazzjonali posposti għall-ġimgħa li tibda mis-17 ta’ Jannar 2021

Aqra wkoll

Il-Kampjonati Nazzjonali ġew posposti għall-ġimgħa li tibda mis-17 ta’ Jannar 2021. Id-deċiżjoni ttieħdet illum waqt laqgħa tal-Bord Eżekuttiv tal-MFA li ssejjaħ illum, aktar kmieni milli kien skedat, wara talba mill-clubs tal-Premier League.

Din id-deċiżjoni tikkonċerna l-kompetizzjonijiet kollha, jiġifieri l-BOV Premier League, il-BOV Challenge League, in-National Amateur League, il-Kampjonat tan-Nisa, u l-Kampjonati tal-Futsal.

Fixtures skedati mill-ġdid għall-kompetizzjonijiet rispettivi jiġu kkomunikati fil-jiem li ġejjin.

Sport