Friday, May 17, 2024

Żewġ terzi tal-każi ġodda f’pajjiżna huma każi ta’ l-Omicron

Aqra wkoll

Żewġ terzi tal-infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19 f’Malta huma kawża tal-varjant tal-Omicron.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq Twitter, fejn spjega li 67% tal-każijiet ġodda huma ta’ dan it-tip.

Fearne tenna dwar l-importanza tal-vaċċinazzjoni u tenna li d-doża tal-booster tibqa’ kruċjali biex insaħħu l-immunità.

Intant aktar kmieni llum, il-Partit Nazzjonalista qal li l-gvern qiegħed jonqos milli jgħaddi tali informazzjoni lill-pubbliku u talab għal aktar trasparenza biex il-poplu ma jibqax jgħix fid-dubju.

Sport