Ftit wara li nħatar il-Prim Ministru il-ġdid tal-Kanada, Mark Carney għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara fir-rigward tal-Istati Uniti. Iddikjara li Ottawa “qatt qatt ma kienet se tkun parti mill-Istati Uniti bl-ebda mod jew forma.”
Il-politiku ta’ 59 sena, li qabel serva bħala l-Gvernatur kemm tal-Bank of Canada kif ukoll tal-Bank of England, assigura t-tmexxija tal-Partit Liberali b’rebħa deċiżiva, fejn kiseb aktar minn 85 fil-mija tal-voti.
Magħruf għall-kritika qawwija tiegħu lejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, Carney tenna l-pożizzjoni soda tiegħu kontra kwalunkwe kunċett ta ‘integrazzjoni Kanadiża mal-Istati Uniti. Bi tweġiba għall-kummenti kontinwi ta’ Trump dwar li l-Kanada ssir il-51 stat, Carney iddikjara b’mod ċar li “l-Amerika mhix il-Kanada. Il-Kanada qatt mhu se tkun parti mill-Amerika bl-ebda mod jew forma.”