Thursday, October 22, 2026
Home Internazzjonali Regoli aktar stretti dwar kirurġija kożmetika fl-Ingilterra 

Regoli aktar stretti dwar kirurġija kożmetika fl-Ingilterra 

0
62

Bir-regoli l-ġodda li qed ifassal u jippjana li jintroduċi l-gvern għall-Ingilterra fl-2027, se jkunu professjonisti mħarrġa biss li se jkunu jistgħu jwettqu proċeduri kożmetiċi ta’ riskju għoli bħal Liquid Brazilian Butt lifts, vampire facials u chemical peels. Dawn ir-regoli biex jipproteġu lin-nies f’każ ta’ trattament ta’ riskju għoli li jmur ħażin.

Il-gvern tal-prim ministru Andy Burnham qal li b’dawn ir-regoli ġodda jrid jimblokka u ma jħallix aktar fis-suq lil dawk li sejħilhom “cowboys kożmetiċi” biex jipproteġi lin-nies minn trattamenti li jistgħu jmorru ħażin ħafna.

Bħalissa fil-pajjiż m’hemm l-ebda restrizzjoni dwar min jista’ jwettaq dawn il-proċeduri tal-kirurġija kosmetika li jistgħu jagħmlu ħsara jew joqtlu jekk ma jsirux b’mod sikur.

Skont ir-regoli l-ġodda, proċeduri ta’ riskju għoli għal dawk taħt it-18-il sena se jiġu pprojbiti wkoll, u fornituri diżonesti se jiffaċċjaw reati kriminali ġodda u multi fissi sa £4,000.

Il-gvern beda konsultazzjoni dwar bidliet fl-industrija tal-kirurġija kożmetika fl-2023, iżda ilu snin sħaħ isiru sejħiet għal regolamenti aktar stretti.

Dan qed iseħħ wara stejjer xokkanti dwar proċeduri li, skont ir-rapporti, twettqu f’postijiet bħal akkomodazzjonijiet tal-Airbnb, kmamar tal-lukandi, barrakki fil-ġnien u anke toilets pubbliċi, minn individwi bla skrupli li jippretendu li huma esperti fil-qasam kożmetiku.

Kien hemm diversi nisa li rrappurtaw dwar kumplikazzjonijiet perikolużi, uġigħ u ċikatriċi permanenti wara li ħadu trattament mingħand persuni li joperaw illegalment u mingħajr liċenzja. 

Fl-2024, Alice Webb, omm ta ħamest itfal minn Gloucestershire, mietet ftit sigħat biss wara li għamlet proċedura ta Brazilian butt lift (BBL) permezz ta injezzjonijiet ta sustanzi likwidi,. Fl-istess sena, mara oħra, Sasha Dean minn Bedfordshire, spiċċat f談oma wara li għamlet l-istess tip ta proċedura.

Il-BBL hija proċedura kożmetika mhux kirurġika li tinvolvi l-injezzjoni ta’ sustanzi (fillers) fil-warrani biex tinbidel id-daqs jew il-forma tagħhom. Parti mit-trattament li rċeviet Sasha Dean saret f’dar privata, u b’riżultat ta’ dan, hija żviluppat sepsis.

Taħt ir-regolamenti l-ġodda, il-fillers injettati f’partijiet tal-ġisem (mhux fil-wiċċ), bħal BBLs likwidi, se jiġu definiti legalment bħala proċeduri kirurġiċi kożmetiċi li  t-tobba biss jistgħu jwettquhom.

Trattamenti mhux kirurġiċi ta’ riskju għoli, inklużi tqaxxir kimiku profond, vampire  facials, micro-coring dermali u xi proċeduri bil-lejżer se jkunu ristretti għal tobba, dentisti u xi infermiera, qwiebel u spiżjara li jkunu ġew imħarrġa.

Kirurġija kożmetika u trattamenti riskjużi se jiġu pprojbiti għal dawk taħt it-18-il sena – il-fillers tax-xufftejn u l-Botox tal-wiċċ fuq it-tfal diġà twaqqfu.

Il-British Beauty Council irrimarka li l-gvern jistħoqqlu kull tifħir talli indirizza l-kwistjoni b’mod dirett. Min-naħa tiegħu iżda Keith Allison, mir-Royal College of Surgeons of England, qal li l-konsultazzjoni kienet ilha mistennija u, għalkemm milqugħa, il-proposti ma jmorrux ’l bogħod biżżejjed.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here