Saturday, May 4, 2024

Il-Kandidat tal-PL għall-PE Daniel Attard fil-mira ta’ attakki ta’ mibegħda għax kritika lil Metsola

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa l-Avukat u l-Kandidat Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Daniel Attard ġie mistoqsi minn LovinMalta dwar x’jaħseb fuq Roberta Mestola. Attard stqarr li ma jemminx li Roberta Mestola ħaqqha terminu ieħor bħala President tal-Parlament Ewropew għaliex fi kliemu stess kien hemm ħafna drabi fejn użat il-pożizzjoni tagħha biex tavvanza l-interessi personali tagħha minflok l-interessi ta’ Malta.

Qal li minflok tiddefendi lil pajjiżna, għażlet li tiddefendi pajjiżi oħra bi Gvernijiet li ġejjin mill-familja politika tal-Partit Nazzjonalista bħalma għamlet fuq il-Greċja u b’mod speċjali dwar il-Bulgarija. Dr Attard fakkar ukoll kif li kieku ma kienx għall-ġurnalisti li kixfu l-pjan tagħha li tappunta lir-raġel t’oħtha fl-ogħla kariga fil-Parlament Ewropew, Metsola kienet se tibqa’ għaddejja.

B’reazzjoni għal din l-intervista kienu bosta dawk li kkummentaw b’attakki ta’ mibegħda fil-konfront ta’ Daniel Attard, fosthom is-solitu Andrew Borg Cardona. Fost dawn il-kummenti kien hemm min għajru “Ġaħan in the Making”, “Pulċinell”, “Buffu” u “Injorant”.  

B’reazzjoni għal dawn il-kummenti Attard kiteb fuq il-midja soċjali li se jwieġeb għalihom b’aktar ħidma, b’kuraġġ, b’konvinzjoni u fuq kollox bi mħabba għal Malta.

Sport