Saturday, May 4, 2024

Proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal 26 familja li jinkludi 20 garaxx fi stadju avvanzat

Fix-xhur li ġejjin jilqa' l-ewwel familji

Aqra wkoll

Fil-Qrendi, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali, li bħalissa jinsab fi stadju avvanzat biex fix-xhur li ġejjin jilqa’ l-ewwel familji fih.

Matul iż-żjara, il-Ministru Roderick Galdes spjega li dan il-proġett qiegħed isir b’investimenti totali ta’ €3.5 miljun. “Fix-xhur li ġejjin, dan il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali se jkun qed jilqa’ fih 26 familja, u jikkonsisti wkoll f’20 garaxx. Dan il-proġett jagħmel parti mill-ikbar investiment ta’ akkomodazzjoni soċjali li qatt ra pajjiżna u li għaddej bħalissa madwar Malta u Għawdex,” tenna l-Ministru Galdes.

Il-ministru spjega li l-politika tal-ġustizzja soċjali li adotta dan il-gvern fis-settur tal-akkomodazzjoni, issarrfet biex fl-aħħar 10 snin il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali kompliet nieżla, hekk kif minn madwar 3,300 applikant niżlet għal madwar 1,500 applikant. “Il-gvern kommess li jkompli joffri t-tama u l-istabbiltà fis-settur tal-akkomodazzjoni,” ikkonkluda l-Ministru Roderick Galdes.

Sport