Wednesday, October 2, 2024

RTK se jieħu passi kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir

Aqra wkoll

L-istazzjon tar-radju RTK 103 u l-preżentatur Andrew Azzopardi se jieħdu passi legali sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir li timmulta lill-istazzjon €6,140.

Fi stqarrija, l-istazzjon qal li t-terminu ‘razzist’ użat mill-Professur Andrew Azzopardi kien ibbażat fuq provi li jinkludu sentenza tal-Qorti tal-Appell li sabet lil Lowell ħati li inċita mibegħda razzjali u ġie kkundannat sentenza ta’ 15-il xahar priġunerija sospiżi għal 3 snin.

L-istqarrija tagħmel ukoll referenza għal intervista rrekordjata fejn Lowell jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ‘ratialist’, li tfisser razzist, u li għaldaqstant it-terminu użat minn Azzopardi kien intuża fuq bażi ta’ evidenza ċara.

Filwaqt li insista li l-istazzjon ma jittollera l-ebda mibegħda razzjali, RTK żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir toħloq preċedent perikoluż għall-media Maltija, partikolarment meta insistiet li l-istazzjon għandu jagħti spazju lil Lowell biex ixandar l-opinjonijiet razzisti tiegħu.

Sport