Illum il-Karkariżi ftakru f’ jum ta’ swied il-qalb għar-raħal tagħhom, hekk kif bħal-lum 42-il sena, preċiżament l-24 ta’ Lulju tal-1981, ilu seħħ inċident fil-kamra tan-Nar Victory, li ħalliet lill-Karkariż Kostanz Mifsud mingħajr ħajja.
L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara f’messaġġ fuq Facebook fakkret kif Mifsud kien pijunier u għalliem tal-piroteknika b’diversi tipi ta’ nar li introduċa hu, fosthom il-bomba tad-daħna kulur li fakkru illi inħarqet f’pajjiżna fil-festa ta’ Santa Liena fl-1958