Wednesday, March 27, 2024

Il-karozza ikonika tas-serje ‘The Dukes of Hazzard’ mgħaffġa mill-Urugan Ida

Aqra wkoll

Kull min xi darba jew oħra segwa s-serje televiżiva ’The Dukes of Hazzard’ tas-snin 80 żgur jaf li apparti mill-protagonisti prinċipali kien hemm protagonista oħra li kienet tisraq ix-xena.

Din kienet proprju l-karozza oranġjo magħrufa bħala ‘The General Lee’ li dehret f’kull episodju ħlief f’wieħed.

Fost l-oħrajn hija kienet magħrufa għall-istunts li kienu jsiru biha u għall-fatt li kellha l-bibien dejjem magħluqin u għalhekk kellhom jidħlu u joħorġu minnha mit-twieqi.

Sfortunatament riċentament id-destin ma daħkilix lil din il-karozza ikonika hekk kif sfat vittma tal-Urugan Ida.

Bosta ammiraturi ta’ din is-serje tnikktu sew meta raw ir-ritratti li ppubblika l-istilla ta’ din is-serje John Schneider fejn dehret il-karozza mgħaffġa taħt siġra.

Ammiratur partikolari tant tnikkteb li ddeskriva dan l-inċident bħala “traġedja nazzjonali”.

Fuq il-midja soċjali Schneider kiteb: “Meta jiġri xi ħaġa bħal din ikollok żewġ għażliet: Tibki u jew tidħak. Jien nagħżel li nidħak.”

Ekonomija

Sport