Friday, May 2, 2025

Il-katavru ta’ ġurnalista Ukrena maqtula fir-Russja rritornat fl-Ukrajna

… Investigazzjoni internazzjonali b’sejbiet “makabri”

Aqra wkoll

Il-katavru tal-ġurnalista Ukrena, Viktoria Roshchyna, li nqatlet fir-Russja ġie rritornat f’pajjiżha. F’investigazzjoni internazzjonali li saret instab li l-ġisem kien bla għajnejn u bla moħħ. 

Roshchyna kienet għebet fis-sajf tal-2023 ħdejn l-impjant nukleari Zaporizhzhia. Dan kien mill-inqas ir-raba’ darba li hija marret f’territorju okkupat. Il-ġurnalista kienet ġiet miżmuma f’ċentru ta’ detenzjoni mhux uffiċjali f’Rostov għal mill-inqas sena fejn ma kellha ebda kuntatt mal-bqija tad-dinja għajr telefonata ta’ erba’ minuti mal-ġenituri tagħha.

Hija mietet fl-età ta’ 27 sena u fi Frar il-ġisem bla ħajja tagħha ġie ripatrijat lejn l-Ukrajna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport