Friday, November 15, 2024

Il-kawża tal-inċident fatali tad-double decker fiż-Żurrieq se tibqa’ tinstema’ fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Skont l-aħħar żviluppi b’rabta mal-inċident li seħħ fi f’April tal-2018 fi Triq Valletta fiż-Żurrieq, il-Qorti Maltija ddeċidiet li l-kawża għandha tibqa’ tinstema’ fir-Renju Unit.

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Toni Abela ddeċidiet li ma tistax tiddeċiedi dwar kawża miftuħa mill-kumpanija tal-assigurazzjoni Mapfre Middlesea f’Marzu tal-2021 peress li proċeduri li jixxiebħu dwar l-istess każ kienu diġà miftuħa u qed jinstemgħu quddiem Qorti Ingliża.

Fl-inċident li seħħ erba’ snin u nofs ilu kienu mietu żewġ turisti filwaqt li oħrajn indarbu b’mod gravi. Tlieta mill-vittmi fetħu kawża quddiem Qrati fl-Ingilterra u qed jitolbu miljuni ta’ ewro f’danni.

Fid-deċiżjoni tiegħu l-Imħallef Toni Abela kkwota deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ingliża f’Diċembru ta’ sentejn ilu li ċaħdet it-talba tal-istess kumpanija tal-assigurazzjoni biex tkun referuta lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Wieħed mir-reglamenti tal-Parlament Ewropew jagħti d-dritt lill-vittmi li jiftħu kawża għad-danni fil-pajjiż fejn ikunu jgħixu. Din kienet id-deċiżjoni tal-persuni li fetħu l-kawża f’pajjiżhom u minħabba li l-Qorti t’hemm kienet asseriet li tisma’ l-kawża, il-Qorti Maltija ħadet id-deċiżjoni li ħadet.

Ekonomija

Sport