Friday, May 3, 2024

Diskussa l-possibbiltà ta’ ttestjar għal għarrieda minħabba sewqan taħt l-influwenza tad-droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-gvern qiegħed jiddiskuti dwar il-possibbiltà li jintroduċi ttestjar għal għarrieda fuq sewwieqa taħt l-influwenza tax-xorb, droga u sustanzi oħra. 

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti aktar kmieni fit-tnedija tal-istrateġija għal aktar sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna. 

Il-Ministru kien ċar li d-diskussjonijiet huma xi ħaġa diversa mill-istrateġija għas-snin li ġejjin, iżda li madanakollu dawn jinsabu għaddejjin anke fid-dawl tal-fatt li skontu hemm ħafna xogħol xi jsir minħabba li s-sigurtà fit-toroq tinsab fuq quddiem tal-aġenda tal-gvern.

Skont il-liġijiet eżistenti dan l-ittesjtar jista’ jsir biss f’każ ta’ suspett raġjonevoli. Barra minn hekk, kelliem għall-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq ikkonferma li s’issa l-awtoritajiet responsabbli m’għandhomx l-apparat biex jittestjaw għall-influwenza tad-droga u sustanzi oħra waqt is-sewqan.

Fl-istess waqt, intqal kif minn Jannar li ġej mistennija jitħabbru reviżjonijiet fil-multi u l-punti li jitnaqqsu lil dawk li jinqabdu jiksru r-regolamenti tas-sewqan.

Sport