Il-każ fil-konfront ta’ John Agius mistenni jibda fis-6 ta’ Awwissu

Aqra wkoll

Il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ John Agius li jinsab mixli bi 12-il akkuża fosthom b’attentat ta’ qtil ta’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija, se tibda fis-6 ta’ Awwissu quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil.

Kien nhar il-Ħadd li għadda meta Agius ta’ 74 sena residenti San Ġiljan tressaq b’arrest quddiem il-qorti fejn ġie mixli dwar il-każ li seħħ fl-24 ta’ Lulju f’Telgħet Birkirkara, San Ġiljan. Hu qiegħed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Intant il-Kuntistabbli Johann Vella li spiċċa feriti f’wiċċu u għonqu tant li kien fil-periklu tal-mewt ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Il-ġrieħi li ġarrab il-kuntistabbli għadhom serji u se jeħtieġu kura u riabilitazzjoni estensiva matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport