Monday, May 20, 2024

Il-każi attivi jaqbżu l-1,500 b’aktar każi ġodda minn fejqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/213998910318660

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien ta’ 132 każ ġdid minn 2,690 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 40 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 1543 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 36 każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, 10 huma persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, sitt każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi minn cluster f’Paceville tliet każi impurtati u sitt każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ persuni oħrajn pożittivi.

Sport