Minn total ta’ 3,709 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 75 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 54 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 704.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 34 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.
It-total ta’ mwiet baqa’ 441 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt relatata.
Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 797,562 doża. Minn dawn 414,285 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,041 persuna huma mlaqqma kompletament.