Monday, May 20, 2024

Uffiċjali tal-bank Pilatus se jitressqu l-Qorti mixlija b’ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Uffiċjali tal-bank Pilatus kif ukoll mara ta’ 41 sena residenti Tas-Sliema mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest illum waranofsinhar mixlija b’ħasil ta’ flus. 

Dan l-iżvilupp seħħ wara l-għeluq ta’ inkjesta maġisterjali u investigazzjonijiet mill-Pulizija fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ se titmexxa mill-Avukati Dr Cinzia Azzopari Alamango u Dr Marthese Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispetturi Claire Borg u Pauline Bonello. 

Sport