Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 76 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 91 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,423.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 722 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.