Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 355 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 450 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 7,764.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 762 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.