Saturday, August 1, 2026
Home Covid-19 Il-każi attivi jitilgħu għal 6,666 … imutu tlieta fl-aħħar 24 siegħa

Il-każi attivi jitilgħu għal 6,666 … imutu tlieta fl-aħħar 24 siegħa

0
754
Ritratt: Roger Azzopardi

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 704 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 266 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 6,666. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 744 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kien irrappurtat li mietu tliet persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.