Wednesday, April 24, 2024

Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 27 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 15 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 381. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm 11-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 888,880 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 59,041 kienu dożi tal-booster.

Sport