Tuesday, April 16, 2024

Il-każi attivi jkomplu tilgħin b’aktar każi ġodda minn fejqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġgħu raw żieda għal darb’oħra, b’64 każ ġdid minn 2,491 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 19-il persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 581 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 15-il każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, seba’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, tliet każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi impurtati, żewġ każi minn cluster f’Paceville u każ relatat ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/210080217377196
Ekonomija

Sport