Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 66 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 96 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,392.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 723 wara li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd mietet persuna waqt li kienet pożittiva għall-virus.