Thursday, March 28, 2024

Il-każi attivi jqarrbu l-1,000 każ

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 954 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 86 każ ġdid u kien hemm 39 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 17-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet baqa’ 464 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 936,815 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 102,335 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport